Mandriva Linux
                               =============

============================================================================

   Il-kontenut ta' dan is-CD-ROM huwa Copyright © 2003-2005 Mandriva
   S.A. u oħrajn. Jekk jogħġbok ara l-avviżi ta' copyright individwali
   f'kull pakkett ta' sors għal termini ta' distribuzzjoni. It-termini ta'
   distribuzzjoni ta' l-għodda copyright ta' Mandriva huma mniżżla
   fil-fajl COPYING.

   Mandriva Linux u l-logo tiegħu huma trademarks ta' Mandriva S.A.

============================================================================

1. Organizzazzjoni tad-Direttorji

   Dan id-direttorju huwa organizzat kif Ä¡ej:

   |--> media/           
   |   |--> main/        pakketti ewlenin binarji
   |   |--> contrib/     pakketti kontribwiti binarji
   |   `--> media_info/  metadata ta' pakketti
   |--> install/         
   |   |--> extra/       stampi ta' riklami għall-installazzjoni
   |   |--> images/      "images" tal-ibbutjar
   |   `--> stage2/      "images" tar-ramdisk għall-installazzjoni
   |       `--> live/    programmi tal-installazzjoni
   |--> isolinux/        "images" tal-ibbutjar isolinux
   |--> doc/             fajls ta' għajnuna dwar l-installazzjoni f'diversi
                         lingwi
   |--> dosutils/        għodda tal-installazzjoni għad-DOS
   |--> misc/            fajls ta' sors, friegħi ta' installazzjoni
   |--> VERSION          verżjoni kurrenti
   |--> COPYING          informazzjoni dwar copyright
   |--> INSTALL.txt      struzzjonijiet ta' installazzjoni
   `--> README.txt       dan il-fajl f'modalità testwali

   Jekk qed toħloq mirror fuq parizzjoni jew volum NFS, trid tpoġġi
   kollox ġo "install/" għal fajls relatati mal-installazzjoni,
   u l-pakketti kollha Ä¡o "media/", kif ukoll l-"images" isolinux
   minn "isolinux/".

============================================================================

2. Installazzjoni

   Ara l-fajl INSTALL.txt.

   NOTA IMPORTANTI DWAR KOMPATIBBILTÀ:

   Mandriva Linux huwa mibni għal CPUs ta' klassi Pentium
   (Pentium(tm) u kompatibbli, AMD Athlon, Pentium 4...), għalhekk
   MA JAĦDIMX fuq compjuters iżjed antiki ibbażati fuq i386 u i486.

============================================================================

3. Sorsi

   Il-pakketti kollha speċifikament ta' Mandriva Linux, bis-sorsi tagħhom,
   fuq is-CD tas-sorsi (edizzjoni PowerPack).

   Tista' tniżżel il-pakketti tas-sorsi kollha minn fuq is-servers FTP tagħna.

   Jekk m'għandekx aċċess konvenjenti għall-internet, Mandriva
   jista' jibgħatlek arkivju tas-sorsi bi prezz baxx.

============================================================================

4. Sapport

   Għal dawk b'aċċess għall-web, iċċekkja:
     * http://www.mandriva.com/support

   Partikularment, tista' ssib aċċess għal-listi postali tagħna f:
     * http://www.mandrivalinux.com/en/flists.php3

   Jekk m'għandekx aċċess għall-web tista' xorta tabbona fil-lista postali
   ewlenija. Biex tabbona, ibgħat imejl lil sympa@mandrivalinux.com
   bit-test "subscribe newbie" fil-messaġġ.

============================================================================

   Jekk ma rċevejtx dokumentazzjoni mal-prodott, tista' tordna
   Mandriva Linux edizzjoni PowerPack (diversi CDs Mandriva Linux u 
   Gwida għall-Installazzjonu u Użu, u sapport għall-installazzjoni)
   mill- ħanut online hawn:

     * http://www.mandrivastore.com/

============================================================================

5. Kuntatt

   Mandriva jistgħu jiġu kuntattjati:

     * http://www.mandriva.com/company/contact